Deskrizzjoni
Iċ-ċittadini li kienu fil-qalba tal-ħidma fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ġew Brussell biex jiċċekkjaw kif l-istituzzjonijiet tal-UE qed jipproċedu b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tagħhom għal bidla. Eżerċizzju uniku f'demokrazija parteċipatorja, il-Konferenza kkonkludiet f'Mejju 2022, u pproponiet għadd ta' proposti biex tiżgura li l-Ewropa tkun tista' taffaċċja l-isfidi li ġejjin. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni wiegħdu mill-bidu nett li jaġixxu b'segwitu għall-proposti finali tagħha, ikunu xi jkunu. Fit-2 ta' Diċembru, rappreżentanti mit-tliet istituzzjonijiet wieġbu mistoqsijiet minn ċittadini f'avveniment għal feedback fil-Parlament Ewropew fi Brussell.