Deskrizzjoni
Fi żminijiet ta’ ideat opposti, diżinformazzjoni mifruxa u kunflitti transkonfinali, kif qed nipproteġu l-integrità tal-istituzzjonijiet Ewropej u d-demokrazija? Ir-riċerkaturi u l-NGOs fl-Ewropa qed jistudjaw modi kif is-soċjetajiet jistgħu jsiru aktar reżiljenti fil-konfront tal-kriżijiet u atturi barranin li jippruvaw ifixklu l-proċessi demokratiċi tagħna.
Żewġ riċerkaturi minn dawn huma Julia mill-Istitut Clingendael għar-Relazzjonijiet Internazzjonali fin-Netherlands u Katarína miċ-Ċentru għad-Demokrazija u r-Reżiljenza fl-Istitut tal-Politika GLOBSEC fis-Slovakkja. Jispeċjalizzaw fl-istati tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tal-adeżjoni fl-UE, bħall-Ukrajna.
Il-Parlament Ewropew jappoġġja leġiżlazzjoni li tippromwovi din it-tip ta’ riċerka u jirrikonoxxi l-importanza ta’ korpi indipendenti. Skopri aktar dwar kif il-Parlament qed jiġġieled it-theddid lejn id-demokrazija tal-UE hawnhekk: https://europa.eu/!rg6kY7.