Skip to content

Il-Parlament Ewropew, il-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin u r-riunifikazzjoni tal-Ġermanja

Datum evenement: 25/09/2020

Downloadopties:

Matul il-lejl ta' bejn id-9 u l-10 ta' Novembru 1989, mingħajr ebda tip ta' twissija, waqa' l-Ħajt ta' Berlin fl-istess ħin li kkrolla l-gvern komunista tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża. Il-Gwerra Bierda kienet qed tersaq lejn tmiemha u kien se jseħħ avveniment ta' importanza kbira għall-istorja tal-Ewropa. Xahar wara, il-ftuħ uffiċjali tal-Bieb ta' Brandenburg stabbilixxa b'mod definittiv il-libertà ta' moviment bejn iż-żewġ Ġermanji. Fit-3 ta' Ottubru 1990, inkisbet l-unifikazzjoni tal-Ġermanja u b'hekk inbidel il-futur tal-integrazzjoni Ewropea.