X’ser isarraf l-Att tad-Data tal-UE għall-kumpaniji, l-innovaturi u l-Ewropej?

Deskrizzjoni

Minn smartphones sa bliet intelliġenti, l-oġġetti konnessi dejjem jiġġeneraw aktar data. Il-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-potenzjal tiegħu. Id-data hi essenzjali għall-innovazzjoni mit-teknoloġija sas-saħħa, mit-trasport sal-biedja. Il-MPE mħassba li xi data mhix sfruttata jew hi f'idejn ġganti tat-teknoloġija. Iridu regoli ġodda biex jgħinu lil kumpaniji iżgħar u korpi pubbliċi jipprovdu prodotti u servizzi aħjar. L-Att tad-Data se jistabbilixxi qafas għall-ekonomija ta’ għada.