Deskrizzjoni
Dimostrazzjonijiet fit-toroq, investigazzjonijiet, avvelenament u ħabs... Il-ġlieda ta' Alexei Navalny kontra l-korruzzjoni tar-reġim Russu ntlaqgħet b'intimidazzjoni u vjolenza għal aktar minn deċennju. Il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov 2021 għal-Libertà tal-Ħsieb lill-figura tal-oppożizzjoni li tinsab fil-ħabs fis-sena ċentinarja tad-dissident Russu Andrei Sakharov, li għalih il-premju huwa msemmi.