Skip to content

It-Trattat ta' Ruma: Is-sittin anniversarju

Data tal-avveniment: 23/03/2017

Għażliet għall-akkwist

Huwa importanti niftakru minn fejn tlaqna. Wara t-traġedji tat-Tieni Gwerra Dinjija, it-Trattat ta' Ruma kien ftehim ewlieni bejn sitt pajjiżi, li għaqqdu l-fortuna tagħhom permezz tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Fis-sittin anniversarju mill-iffirmar tiegħu, aħna nħarsu lura lejn kif it-trattat poġġa l-pedamenti għall-Ewropa u l-kisbiet tagħha, li l-Parlament Ewropew jiddefendi.