Skip to content

Il-Premju Sakharov 2019: Il-ġlieda tal-attivist Ujgur Ilham Tohti li jinsab fil-ħabs

Data tal-avveniment: 10/12/2019

Għażliet għall-akkwist

Ilham Tohti, ekonomista Ujgur u attivist għad-drittijiet tal-bniedem, ilu f'ħabs Ċiniż għal dawn l-aħħar 5 snin fir-reġjun ta' Xinjiang. Il-Parlament Ewropew ippremjah bil-Premju Sakharov 2019 għal-Libertà tal-Ħsieb għall-ħidma tiegħu biex jipprova jtaffi l-firda bejn iċ-Ċiniżi Han u l-komunità tal-Ujguri.