Skip to content

Il-Premju Sakharov 2018: Oleg Sentsov u l-ġlieda tal-priġunieri politiċi fir-Russja

Data tal-avveniment: 20/11/2019

Għażliet għall-akkwist

Ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018 għal-Libertà tal-Ħsieb inħeles mill-ħabs wara li qatta aktar minn 5 snin fiċ-ċella. Fl-2015 huwa kien ikkundannat minn qorti Russa għal 20 sena ħabs talli "kkumplotta atti terroristiċi". Il-każ tiegħu kien deskritt bħala wieħed inġust minn organizzazzjonijiet internazzjonali.