Skip to content

Punti ewlenin tas-sessjoni plenarja: L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini, l-irkupru ekonomiku u r-relazzjonijiet mar-Russja

Data tal-avveniment: 12/02/2021

Għażliet għall-akkwist

Il-Membri tal-Parlament iddiskutew l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE mal-president tal-Kummissjoni u approvaw programm ta' appoġġ ekonomiku biex jgħinu lill-pajjiżi tal-UE jirkupraw mill-kriżi filwaqt li fl-istess ħin jagħmlu progress lejn l-għanijiet għall-klima. Il-membri ddiskutew ukoll l-inkwiet politiku fir-Russja u l-kundanna riċenti ta' Alexei Navalny. Il-Parlament ivvota fuq aktar miżuri ta' għajnuna għas-settur tal-avjazzjoni u appoġġja l-proposta għal paga minima adegwata.