Skip to content

Dalwaqt minn Strasburgu: Il-Premju Sakharov, it-tislima tal-aħħar ta' Juncker, il-Brexit, il-baġit u t-Turkija-Sirja

Data tal-avveniment: 18/10/2019

Għażliet għall-akkwist

Ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb ta' din is-sena ser jitħabbar fi Strasburgu. Il-President tal-Kummissjoni li ser jispiċċa Jean-Claude Juncker ser jidher quddiem il-Parlament għall-aħħar darba. Il-MPE ser jiddiskutu l-iżviluppi dwar il-Brexit, jivvutaw fuq il-baġit li jmiss tal-UE, u jiddiskutu s-sitwazzjoni fit-Tramuntana tas-Sirja.