Skip to content

Dalwaqt mill-plenarja: programmi għaż-żgħażagħ, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u l-kultura

Data tal-avveniment: 12/05/2021

Għażliet għall-akkwist

Il-Parlament ser jivvota dwar leġiżlazzjoni biex jappoġġa l-bidla lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u jipproponi strateġiji għal sistemi tal-idroġenu u l-enerġija. Il-kamra ser tivvota dwar aktar appoġġ għas-settur kulturali u żewġ programmi ewlenin għaż-żgħażagħ - il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u Erasmus+. Dan kollu u aktar, dalwaqt mill-plenarja.