Skip to content

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Renginio data: 09/05/2021

Atsisiuntimo galimybės:

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija serje ta' dibattiti, li se tagħti lin-nies mill-Unjoni Ewropea kollha, il-possibbiltà li jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu jsawru l-futur komuni tagħna. Il-konferenza hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Bħala eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew ewlieni, hija tipprovdi forum pubbliku għal dibattitu miftuħ, inklużiv, u trasparenti maċ-ċittadini, b'enfasi fuq numru ta' prijoritajiet u sfidi ewlenin. L-għan tagħha hu li tagħti lill-Ewropej possibbiltà akbar ta' parteċipazzjoni f'dak li tagħmel l-Unjoni u fil-mod kif taħdem għalihom.