Περιγραφή
Fit-3 ta' Mejju, il-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, il-Parlament Ewropew uffiċjalment nieda t-tieni edizzjoni tal-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu. Imwaqqaf fl-2019, il-premju għandu l-għan li jagħraf xogħol ġurnalistiku fil-fond straordinarju fuq suġġetti li huma rilevanti għall-Unjoni Ewropea kollha jew għal uħud mill-Istati Membri tagħha. Il-premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-prinċipji u l-valuri tal-UE, kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.